Ċina: Terremot f’Yunnan iħalli 26 persuna mejta

Minn tal-inqas 26 persuna tilfu ħajjithom u 80 weġġgħu waqt terremot qawwi li laqgħat il-provinċja ta’ Yunnan fiċ-Ċina.
It-terremot kejjel 6.1 fuq l-iskala richter u l-epiċentru tiegħu kien madwar 11-il kilometru ‘l bogħod mill-Belt tal-Wenping.
Jidher li t-terremot ikkawża diversi ħsarat strutturali u kien hemm qtugħ fil-provvista tal-elettriku u anke fil-linji tat-telefown. 
L-awtoritajiet Ċiniżi qed jibgħatu diversi tined u saqqijiet għal dawk li spiċċaw bla djar.