Ċina: Sentenza tal-mewt lir-raġel li qatel tarbija ta’ sentejn

Il-Qorti Ċiniża tat is-sentenza tal-mewt lil raġel li qatel tarbija ta’ sentejn.

Il-każ imur lura f’Lulju li għadda, meta Han Lei, ta’ 39 sena, qabad it-tarbija u waddabha mal-art. Dan talli ommha rrifjutat li tagħti spażju lir-raġel biex jgħaddi bil-karozza tiegħu.

Ir-raġel kien ħarab minn fuq il-post imma nqabad ftit tal-ħin wara. It-tarbija mietet ftit tal-ħin wara b’kawża tal-ġrieħi gravi li sofriet.

Matul is-smigħ tiegħu quddiem il-Qorti f’Beijing, Lei ammetta li hu kien fis-sakra meta ġara dan kollu. Huwa saħaq li ma kinetx l-intenzjoni tiegħu li joqtol it-tarbija.