Ċina: Jinstabu iktar vittmi tal-għarqa

Fiċ-Ċina, iċċarrat il-qiegħ tal-vapur li għereq iktar kmieni din il-ġimgħa, minħabba maltempata għall-għarrieda fi xmara, u minnu bdew jittellgħu l-ewwel katavri.
Madankollu l-ħidma tal-għaddasa kellha titwaqqaf hekk kif il-viżibilità kienet ħażina ħafna.
L-awtoritajiet Ċiniżi qed iwiegħdu trasparenza assoluta b’rabta mal-inċident fejn hu maħsub li mietu l-parti l-kbira tal-450 passiġġier abbord.
Fl-ewwel jiem, ittellgħu 14-il persuna ħajja imma l-bqija huma maħsuba kollha mejta.