Ċina: Il-Pulizija ssalva trabi tat-twelid mit-traffikar

Fiċ-Ċina l-Pulizija salvaw 37 tarbija u tifla ta’ tliet snin wara li kissru ċirku ta’ traffikar tat-tfal.
It-trabi tat-twelid, li ħafna minnhom għandhom il-virus tal-HIV jew Aids, kienu qed jinbiegħu għall-ekwivalenti ta’ bejn €7,000 u €11,000, bis-subien iġibu prezz ogħla mill-bniet.
It-trabi tat-twelid kienu qed jiġu ttrasportati f’basktijiet kbar jew f’bagalji u kienu jingħataw ikel bħal noodles jew ħaxix li kien ikun għar-rimi.
B’kollox, il-Pulizija Ċiniża arrestaw iktar minn 100 persuna.