Ċina: 30 tifel u tifla vvelenati f’kindergarten

Fiċ-Ċina, żewġt itfal mietu u 12 oħra qed jingħataw il-kura l-Isptar wara li ġew ivvelenati f’kindergaret f’Beijing.  Tlieta minnhom jinsabu f’kundizzjoni kritika. B’kollox kien hemm 30 tifel u tifla li ġew ivvelenati.  Il-vittmi għandhom erba’ u ħames snin.
L-investigaturi qalu li s-sustanza kienet b’saħħitha daqs it-tosku tal-ġrieden, iżda għadu mhux magħruf jekk il-każ kienx intenzjonat.
L-ikel servut fl-iskola ġie ttestjat u nstab li ma kien tal-ebda periklu.
It-tip ta’ velenu li ntuża f’dan il-każ ilu pprojbit is-snin minħabba li huwa ta’ theddida għas-saħħa tal-bniedem.