Ċimiterju għall-annimali u multa eħrex għal min jaħqarhom

Il-Gvern issottometta applikazzjoni mal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar biex isir ċimiterju tal-annimali.
Fil-Parlament, is-Segretarju Parlamentari għall-Annimali Roderick Galdes qal li l-applikazzjoni ta’ dan iċ-ċimiterju tinkludi wkoll inċineratur żgħir.
Waqt li kien qed jintroduċi t-tieni qari tal-Abbozz ta’ liġi dwar il-Ħarsien tal-Annimali, Roderick Galdes spjega li dan iċ-ċimiterju se jkun qed jgħin lil dawk li jmutilhom l-annimal tagħhom, biex jagħlqu l-ferita.
L-istess abbozz se jkun jinkludi l-projbizzjoni ta’ ċrieki tal-annimali u multa massima ta’ €50,000 u possibiltà ta’ ħames snin priġunerija għal dawk li jaħqru l-annimali.