Aġġornata: Ċilindru jisplodi f’Marsalforn minħabba nirien

Daniel Cordina

Read in English.

Seħħet splużjoni f’Marsalforn propju minħabba ċilindru tal-gass wara li l-kamra li kien fih ħadet in-nar. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn sorsi viċin l-investigazzjoni kif ukoll mill-Pulizija.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.10pm hekk kif il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu qed jaħdmu sabiex jitfu numru ta’ każijiet ta’ ħaxix jaqbad. Jidher li kawża ta’ dan, kamra f’għalqa ħadet in-nar u minħabba f’hekk ċilindru li kien jinsab fiha sploda.

Għaldaqstant ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.

Min-naħa tiegħu, il-kunsillier Daniel Cordina fuq Facebook irringrazzja lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, lill-Pulizija u dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom fi Triq is-Salini. Spjega li għal ħin twil il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għamlu minn kollox biex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu l-għelieqi qrib l-appartamenti.

Minkejja li l-Pulizija qalu ma’ Newsbook.com.mt li ħadd ma ndarab kawża tal-inċident, il-Kunsillier spjega li kien hemm familja li ġarrbet ġrieħi ħfif konsegwenza tal-inċident. Qal ukoll li kien hemm xi appartamenti li ġarrbu xi ħsarat.

Grazzi lil haddiema tal-protezzjoni civili , Pulizija u dawk kollha li taw l'ghajnuna taghhom fl'incident li gara llum…

Posted by Daniel Cordina on Wednesday, June 12, 2019