Ċikliżmu: William Hili u Marie Claire Aquilina jirbħu t-tiġrijiet

William Hili rebaħ it-tielet tiġrija taċ-ċikliżmu kontra l-ħin fil-kategorija tal-Elite, filwaqt li Marie Claire Aquilina rebħet it-tiġrija fil-kategorija tan-nisa.

Hili spiċċa t-tiġrija f’ħin ta’ ftit aktar minn 2 minuti u Aquilina spiċċat it-tiġrija fi ftit inqas minn tliet minuti.

Il-kampjonat tat-Time Trial kien organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu u ġie fi tmiemu nhar is-Sibt li għadda bit-tlielaq fil-Miżieb.