Il-Kampjonat Nazzjonali tat-Trail tat-Time organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu sar riċentament fejn kien hemm suċċess għat-Team tal-Greens li rebaħ iż-żewġ kategoriji prinċipali. Etienne Bonello żamm it-titlu ta’ champion. Michelle Vella Wood spiċċat ic-champion femminili.
Din is-sena 2020, minħabba l-problemi li ħolqot il-Pandemija u biex titħares saħħiet iċ-ċiklisti u l-membri, dan il-kampjonat sar fuq tiġrija waħda minflok is-soliti tlieta, biex b’hekk setgħu joħorġu c-champions nazzjonali. It-tiġrija deċisiva tal-Kampjonat Time Trail saret nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2020 fuq iċ-ċirkwit tal-Mrieħel fejn iċ-ċiklisti għamlu 8 dawriet għal distanza ta’ 23km. It-tluq sar b’intervall ta’ 1 minuta fejn iċ-ċiklisti kollha telqu waħedhom mingħajr ħadd ma żommhom.
Etienne Bonello (Team Greens CC) baqa’ bħala Champion Nazzjonali tat-Time Trial meta spiċċa l-ewwel f’ħin ta’ 27:27.51. Huwa kien segwit minn sieħbu Clive Ebejer (27:37.58) u William Hili ta’ Mosta AF Sign Studio CC (27:50.87).
Fil-kategorija Femminili, Michelle Vella Wood (Team Greens) issorprendiet lil seħbitha Marie Claire Aquilina meta spiċċat l-ewwel f’ħin ta’ 29:54.13 filwaqt li l-ex-champion Aquilina spiċċat warajha f’ħin ta’ 30:01.80 li jiġu distakk ta’ 0:07.67. Fit-tielet post spiċċat Marquita Muscat ta’ The Cyclist f’ħin ta’ 35:08.80.
Suċċess ieħor għat-Team Greens kien fil-Kategorija tal-Masters 40+ fejn hawn ħareġ rebbieħ Michael Camilleri f’ħin ta’ 27:32.25. Warajh daħlu Antoine Sultana ta’ The Cyclist (28:19.31) u Fabio Spiteri ta’ Mosta AF Sign Studio CC (28:34.98).
Nicky Farrugia ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ il-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 31:33.30. Enrico Bradamante ta’ Agones SFC spiċċa t-tieni (31:56.03), filwaqt li Emmanuel Camilleri ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċa t-tielet (34:45.09).
Il-kategorija ta’ taħt it-23 sena ntrebħet minn Kurt Muscat ta’ Mosta AF Sign Studio CC f’hin ta’ 28:58.30. Warajh spiċċaw Brandon Sultana ta’ Gozo CC (29:37.92) u Isaac Spiteri ta’ The Cyclist (31:09.36).
Clive Chetcuti ta’ Mosta AF Sign Studio ġie inkurunat bħala Juniors champion meta spiċċa l-ewwel f’ħin ta’ 29:35.18 quddiem sieħbu Max Zammit (31:56.87). Veronique Pace Asciak ta’ The Cyclist rebħet il-Kategorija Femminili tal-Under 18 meta spiċċat it-tiġrija tagħha f’ħin ta’ 37:20.52, filwaqt li seħbitha Kristina Spiteri rebħet il-Kategorija Femminili tal-Under 16 meta spiċċat is-sitt dawriet tagħha f’ħin ta’ 25:07.61.
Ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio ddominaw il-Kategorija Maskili tal-Under 16 li ntrebħet minn Jacob Schembri li għamel is-sitt dawriet f’ħin ta’ 21:57.43. Huwa kien segwit minn Jaeken Galea (25:02.75) u Jacob Ellul (28:03.00). Miguel Galea ta’ The Cyclist rebaħ il-Kategorija tal-Under 14 meta temm l-erba’ dawriet tiegħu f’ħin ta’ 16:38.42. Warajh spiċċa Luca Teuma ta’ Mosta AF Sign Studio CC f’ħin ta’ 23:34.28.
Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq tifraħ lir-rebbieħa, filwaqt li tirringrazzja liċ-ċiklisti kollha għall-parteċipazzjoni tagħhom u lill-uffiċjali tal-klabb għall-koperazzjoni kollha tagħhom, kif ukoll ARRTS Timing System, Transport Malta u lil Pulizija.
Klassifika Ġenerali – Kampjonat Time Trail 2020
Elite
1. Etienne Bonello Team Greens 27:27.51 200 punt
2. Clive Ebejer Team Greens 27:37.58 170 punt
3. William Hili Mosta AF Sign Studio CC 27:50.87 155 punt
Nisa
1. Michelle Vella Wood Team Greens 29:54.13 200 punt
2. Marie Claire Aquilina Team Greens 30:01.80 175 punt
3. Marquita Muscat The Cyclist 35:08.80 155 punt
Masters 40+
1. Michael Camilleri Team Greens 27:32.25 200 punt
2. Antoine Sultana The Cyclist 28:19.31 175 punt
3. Fabio Spiteri Mosta AF Sign Studio CC 28:34.98 155 punt
Masters 50+
1. Nicky Farrugia Mosta AF Sign Studio CC 31:33.30 200 punt
2. Enrico Bradamante Agones SFC 31:56.03 175 punt
3. Emmanuel Camilleri Mosta AF Sign Studio CC 34:45.09 155 punt
Under 23
1. Kurt Muscat Mosta AF Sign Studio CC 28:58.30 200 punt
2. Brandon Sultana Gozo CC 29:37.92 175 punt
3. Isaac Spiteri The Cyclist 31:09.36 155 punt
Under 18 Maskili
1. Clive Chetcuti Mosta AF Sign Studio CC 29:35.18 200 punt
2. Max Zammit Mosta AF Sign Studio CC 31:56.87 175 punt
Under 18 Feminili
1. Veronique Pace Asciak The Cyclist 37:20.52 200 punt
Under 16 Maskili
1. Jacob Schembri Mosta AF Sign Studio 21:57.43 200 punt
2. Jaeken Galea Mosta AF Sign Studio 25:02.75 175 punt
3. Jacob Ellul Mosta AF Sign Studio 28:03.00 155 punt
Under 16 Feminili
1. Kristina Spiteri The Cyclist 25:07.61 200 punt
Under 14 Maskili
1. Miguel Galea The Cyclist 16:38.42 200 punt
2. Luca Teuma Mosta AF Sign Studio CC 23:34.28 175 punt

Dan it-tagħrif twassal mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.