Ċiklista tispiċċa gravi wara daqqa ta’ karozza

Ċiklista ta’ 47 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza r-Rabat.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15am fi Triq il-Belt Valletta, xħin karozza misjuqa minn anzjan ta’ 70 sena li joqgħod il-Mellieħa laqtet liċ-ċiklista.
Hija ttieħdet Mater Dei fejn ġiet iċċertfikata li qed issofri mill-ġrieħi msemmija.
Il-Pulizija qed tinvestiga dal-każ.