Ċiklist ta’ 18-il sena jweġġa’ f’inċident f’San Ġwann

Ċiklist ta’ 18-il sena weġġa’ gravi wara li ntlaqt minn mutur li kien misjuq minn żgħażugħ ta’ 21 sena min-Naxxar.
Il-każ seħħ ilbieraħ fis-6pm fi Triq Birkirkara f’San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-irġiel l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.