Aġġornata: Ċiklist gravi wara li ntlaqat minn vann

Read in English.

Ċiklist spiċċa weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vann tal-passiġieri.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6.30 am fi Triq l-Avjazzjoni Ċivili, il-Gudja.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li x-xufier tal-vann, raġel ta’ 51 sena minn Ħ’Attard kien għaddej minn din it-triq meta ħin minnhom kiser biex qed idur mar-roundabout ta’ quddiem l-Arjuport Internazzjonali u ħabat fiċ-ċiklist.

Spjega li ċ-ċiklist twassal l-isptar bl-ambulanza. Parti mit-triq għadha magħluqa għat-traffiku.