Ċiklist l-isptar wara li ntlaqat minn karozza f’Birkirkara

CMRU

Ċiklist ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn karozza f’Birkirkara.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fil-Bypass ta’ Birkirkara fis-2.35pm. Jidher li raġel ta’ 38 sena mill-Bosnia, residenti l-Kalkara u li kien qed isuq rota ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel mill-Albanija, residenti Ħal Qormi u li għandu 31 sena.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.