Ċiklist gravi wara li daħal ġo bollard fir-Rabat

Aġġornat 06:56 AM

Ċiklist indarab gravi wara li daħal ġo bollard bir-rota fir-Rabat.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident ġara ftit qabel is-7.20pm fi Triq Buqana.

Iċ-ċiklist, raġel ta’ 34 sena residenti l-Fgura, jidher li baqa’ dieħel ġo bollard bir-rota. Issejħet ambulanza għalih u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.