Ċiklist l-Isptar wara inċident f’Marsaxlokk

Ċiklist ittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident f’Marsaxlokk kmieni dalgħodu.

L-inċident seħħ fis-7.05am fi Triq it-Trunċiera fejn mill-istħarriġ tal-Pulizija jidher li ċ-ċiklist ta’ 53 residenti Marsaxlokk tilef il-kontrol tar-rota wara li skidja minħabba n-nida.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji dalwaqt.