Ċiklist gravi wara ħabta f’Ħal Għaxaq

Aġġornat 07:21 AM

Ċiklist ta’ 16-il sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Għaxaq. Din kienet qiegħda tinstaq minn ġuvni ta’ 27 sena residenti Marsaxlokk.

Kelliem għall-pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Dawret Ħal Għaxaq.

Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li ċ-ċiklist ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.