Ċiklist ittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn karozza fil-bypass tal-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq Louis Wettinger.
Il-kundizzjoni taċ-ċiklist ta’ 32 sena minn Santa Venera għadha mhix magħrufa.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 71 sena mill-Imtarfa.

Ritratt: MRTU