Ċiklist jittajjar minn karozza fil-Ħamrun

Ċiklist sofra ġrieħi ħfief wara li ntlaqat minn karozza fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Kbira San Ġużepp.
Iċ-ċiklist ta’ 23 sena mill-Kosta tal-Ivorju u residenti l-Marsa, ittieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-karozza li tajret liċ-ċiklist kienet misjuqa minn raġel ta’ 26 sena mill-Pietà.