Ċiklist jittajjar fl-Imsida

Ċiklist ittajjar minn vettura fl-Imsida aktar kmieni llejla fl-Imsida.

Iċ-ċiklist ta’ 27 sena ta’ nazzjonalità Indjana u residenti l-Imsida ntlaqat minn vann waqt li kien qiegħed isuq ir-rota fi Triq ix-Xatt.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.15pm. Sorsi fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li ċ-ċiklist intlaqat waqt li kien se jaqsam it-triq bir-rota.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

Kawża ta’ dan l-inċident inħolqot konġestjoni kbira tat-traffiku fl-akwati tal-Pieta direzzjoni lejn l-Imsida hekk kif il-Pulizija għalqu t-triq għal xi ħin. Newsbook.com.mt jinsab infurmat li t-triq reġgħet infetħet għat-traffiku ftit wara d-9pm.