Ċiklist jintlaqat minn karozza fil-Mosta

Ċiklist ta’ 32 sena min-Naxxar ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura fil-Mosta.

Il-każ seħħ għal ħabta tas-7.30 am fi Triq id-Difiża Ċivili, meta karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Mosta laqtet liċ-ċiklist.

Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza li ssejħet immedjatament fuq il-post.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji kif jaslulna.