Ċiklist jintlaqat minn vann fil-Mellieħa

Ċiklist intlaqat minn vann f'Dawret il-Mellieħa għall-ħabta tal-16:45.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li seħħ l-inċident u li ntbagħtet ambulanza għaċ-ċiklist fil-Mellieħa.
Jidher li vann li kien għaddej fl-istess triq kiser għal ġo triq oħra li tinfed għal għalqa bil-konsegwenza li ħabat maċ-ċiklist.
Skont il-Pulizija, għalkemm iċ-ċiklist ittieħed l-isptar, irriżulta li ma ġarrab l-ebda ġrieħi.