Ċiklist jintlaqat minn karozza fi Triq il-Kosta

Ċiklist iddaħħal Mater Dei wara li ntlaqat minn karozza fi Triq il-Kosta.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am, xħin karozza misjuqa minn żagħżugħa ta’ 19-il sena mill-Kroazja, li toqgħod il-Gżira, laqtet lir-raġel ta’ 30 sena minn Santa Venera.
Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.