Tnejn iweġġgħu gravi wara ħabta bejn rota u mutur

Ċiklist u sewwieq ta' mutur weġġgħu gravi wara ħabta fil-Mosta.
Newsbook.com.mt hu infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am, fi Triq li tagħti għal Ta’ Qali, viċin Mount St Joseph.
Kemm is-sewwieq ta' mutur li għandu 27 sena mill-Isla u anke ċ-ċiklist li għandu 53 mill-Mosta, ittieħdu l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.

Ritratt: Facebook – B.A.G