Ċiklist iweġġa’ gravi fl-Imsida

Ċiklist ta’ 52 sena weġġa’ gravi fl-Imsida meta ntlaqat minn karozza viċin l-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida fi Triq Rue d’Argens.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li ċ-ċiklist ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-ħabta tas-7am ftit wara li seħħ l-inċident tat-traffiku.

Iċ-ċiklist huwa Ingliż residenti Tas-Sliema filwaqt li s-sewwieq tal-karozza huwa residenti Santa Venera u għandu 38 sena.