Ċiklist iweġġa’ gravi f’Ħal Qormi

Read in English.

Ċiklist ta’ 35 sena minn Santa Venera weġġa’ gravi meta kien involut f’inċident ma’ karozza f’Ħal Qormi.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għat-8.30am fi Triq il-Wied. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 39 sena minn Ħal Qormi.

Iċ-ċiklist ittieħed l-isptar b’ambulanza.