Ċiklist iweġġa’ gravi f’Ħal Għaxaq

Ċiklist ta’ 62 sena minn Santa Luċija weġġa’ gravi waqt li kien qed isuq ir-rota fi Triq Dawret Ħal Għaxaq. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm.

 Il-Pulizija fi stqarrija qalu li r-raġel “għal xi raġuni tilef il-kontroll tar-rota” u weġġa’.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.