Ċiklist iħossu ħati li seta’ ferrex il-coronavirus waqt tellieqa

Michael Morkov qal li jħossu ħati li seta’ kien infettat bil-coronavirus u spiċċa xerrdu aktar meta mar għat-Track Cycling World Championships. Morkov li għandu 34 sena ngħata l-permess li jikkompeti ġewwa Berlin mill-UCI wara li għamel 34 sigħa f’iżolament.

Hu ħa sehem fl-ewwel erba’ jiem tat-Tour qabel ma ġie kkanċellat minħabba suspett ta’ każ ta’ coronavirus.

Morkov stqarr li ma ħassux tajjeb, iżda ma seta’ jagħmel xejn dwarha l-biċċa. Qal li kien qed iħossu ħati li ġab il-virus qrib sħabi u persuni oħra.

L-organizzaturi tal-UAE Tour qalu li l-167 persuna li kienu fl-avveniment tpoġġew fi kwarantina u ħadd minnhom ma rriżulta li kien infettat.