Ċiklist gravi wara li ttajjar fil-Qrendi

Ċiklist dalgħodu ttajjar minn vann fil-Qrendi.
L-inċident seħħ fi Triq il-Panorama fil-Qrendi għall-ħabta tad-9am fejn seħħ impatt bejn vann misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Imtarfa u rota misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Imqabba.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Arkivji