Ċiklist gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Santa Venera

Ċiklist qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza hu u għaddej bir-rota minn Santa Venera.

L-inċident ġara fid-8.45am fi Triq il-Kanun. Karozza misjuqa minn raġel ta’ 47 sena li joqgħod Raħal Ġdid għal xi raġuni laqtet lil ċiklist li għandu 56 sena u hu mill-Iklin.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet liċ-ċiklist l-isptar, fejn iżjed tard irriżulta li l-ġrieħi li għandu huma ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.