Ċiklista gravi wara inċident fiż-Żejtun

Read in English.

Mara ta’ 26 sena li kienet qed issuq rota weġġgħet gravi f’inċident ma’ vann fiż-Żejtun.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident li seħħ fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas għat-8 am. Il-vann kien qed jinstaq minn raġel ta’ 42 sena miż-Żejtun. Il-mara hija minn Ħal Balzan. Il-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza.