Ċiklist gravi wara ħabta ma’ karozza fil-Ħamrun

Ċiklist ta’ 39 sena weġġa’ gravi meta kien involut f’ħabta ma’ karozza fil-Ħamrun.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għat-8am. Dan ġara fi Triq Ħal Qormi.

Il-Pulizija qalet li ċ-ċiklist huwa raġel ta’ 39 sena residenti San Pawl. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 39 sena resident Ħal Tarxien.

Iċ-ċiklist ittieħed l-isptar b’ambulanza.