Ċiklist fil-periklu tal-mewt wara inċident fi Triq il-Kosta

Ċiklist ta’ 29 sena spiċċa fil-periklu tal-mewt meta kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident f’nofsinhar. Jidher li ċ-ċiklist baqa’ dieħel fi trakk li kien wieqaf.

Iċ-ċiklist residenti San Ġwann ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.