Aġġornata: Ċiklist fil-periklu tal-mewt; ħabat ma’ karozza wieqfa

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Read in English.

Ċiklist ta’ 62 sena spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ma’ karozza li kienet wieqfa mal-ġenb fi Triq il-Kosta, skont il-Pulizija.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-10.30am. Qalet li r-raġel li kien qed isuq ir-rota ħabat ma’ karozza li kienet wieqfa fil-ġenb tat-triq għax kellha xi ħsara.

Iċ-ċiklist, li huwa mir-Renju Unit u joqgħod tas-Sliema, ittieħed l-isptar b’ambulanza.