Ċiklist bi ġrieħi gravi wara inċident f’Għawdex

Ċiklist ta’ 34 sena, mir-Rabat Għawdex, ġarrab ġrieħi gravi dalgħodu meta ntlaqat minn vettura fi Triq l-Għarb, fl-Għarb.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.40am meta ċ-ċiklist intlaqat mill-vettura misjuqa minn raġel ta’ 72 sena minn Ta' Kerċem.
Il-Pulizija, mid-Distrett tar-Rabat, qed tinvestiga l-inċident.
Ritratt: Community and Media Relations Unit