Ċiklist isofri ġrieħi gravi wara inċident f’Birżebbuġa

Ċiklist ta’ 79 sena minn Birżebbuġa ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 45 sena minn Birżebbuġa wkoll.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30 fi Triq San Tumas f’Birżebbuġa.
Issejħet l-għajnuna tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu liċ-ċiklist l-isptar għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ġravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.  

Ritratt: Media Police