Ċiklist b’ġrieħi gravi wara li tar minn fuq ir-rota

Ċiklist ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat fi crash barrier u tar minn fuq ir-rota.
L-inċident seħħ fil-Qrendi għall-ħabta tal-11:30am fi Triq San Mattew.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater dei.