Ċiklist anzjan isofri ġrieħi gravi wara inċident f’Ħaż-Żabbar

Ċiklist ta’ 72 sena minn Ħaż-Żabbar sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ illum waranofsinhar fi Triq il-Kappuċċini f’Ħaż-Żabbar stess.
Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 57 sena mix-Xgħajra.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejja.