​Ċikkulata mdewba tikkawża sigħat twal ta’ traffiku

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=sYMf9QzuXS8?ecver=2]

Il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili Pollakki lbieraħ kellhom ġurnata mhux tas-soltu hekk kif issejjħu biex inaddfu kwantitajiet kbar ta’ ċikkulata mdewba mit-triq.
L-inċident seħħ f’Graboszewo meta trakk li kien qed iġorr 12-il tunnellata ta’ likwidu ta’ ċikkulata nqaleb, u spiċċa biex kesa t-triq bil-likwidu li ħareġ minnu.
Il-Pulizija qalu li ħadu diversi sigħat xogħol qabel ma tnaddaf it-tidlik mill-art u dan wassal għal traffiku qawwi fl-inħawi.
Esperti qalu li huwa ħafna iktar diffiċli tneħħi ċ-ċikkulata mdewba mit-triq milli żejt. F’partijiet mit-triq iċ-ċikkulata tant kienet ħoxna li kellu jinġieb makkinarju apposta biex inaddafha.
Ix-xufier tat-trakk kiser idejh u ttieħed l-isptar.