Ċiċri b’togħmiet differenti

Riċetta u ritratti ta’ Rose Spiteri

Ħalli fl-ilma għal lejl pakkett ċiċri nixfin inkella saffi landa ċiċri mill-ilma.

Poġġi fuq tilar u saħħan f’forn jaħraq għal 10 minuti.

Itfa’ ftit żejt fuqhom u ħawwad.

Ħalli fil-forn għal 10 minuti oħra waqt li tħawwadhom minn ħin għall-ieħor. Xi kull tant iċċekkja biex tara jekk iċ-ċiċri jsirux iqarmċu.

Meta jkunu lesti żid fuqhom xi melħ, karì, tewm, chillies jew li ħwawa li tiggosta.