Riċetta u ritratt: Tanya Zammit
Ingredjenti
2 pakkettti gallettini plain
1 bott ħalib magħqud
200g intrita
200g ġellewż u ġewż
1 grokk whiskey
1 grokk cherry brandy
ċikkulta biex tiksi
Metodu
Fi skutella farrak il-gallettini kollha.
Fi skutella oħra għaffeġ il-ġewż u l-ġellewż kollha.
Ħallat il-gallettini u l-ġewż u l-intrita u nofs il-ħalib u ħawwad it-taħlita bl-idejn waqt li ftit ftit żid il-kumplament tal-ħalib.
Żid il-whisky u l-brandy u ħawwad għal kollox.
Irrombla f’forma ta’ zokk f’ karta strazza u daħħal fil-friġġ għal 30 minuta.
Dewweb iċ-ċikkulata f’banju marija u għatti kollox biċ-ċikkulata.