Filmat: Christina Magrin tirbaħ il-Malta Junior Eurovision 2016

Christina Magrin rebħet il-Malta Junior Eurovision 2016.
B’hekk kisbet id-dritt li tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision li se jsir fl-20 ta’Novembru  fil-Belt Valletta.
Fit-tieni post klassifika l-grupp Fusion.
Warajha fit-tielet post spiċċat Lisa Marie Tabone
Il-festival ta’ din is-sena ħadu sehem fih 20 kantanta u kantant.
Spikkaw b’mod partikolari l-vuċijiet tal-parteċipanti.
Kif ġara s-sena l-oħra meta ntagħzlet il-kantata Destiny, il-kantanti parteċipanti din is-sena wkoll kantaw cover version kull wieħed.
Il-votazzjoni saret minn membri ta’ ġurija esperta u mit-telespettaturi permezz tat-televoting.
Issa jmiss li jibda l-proċess biex tinkiteb il-kanzunetta li biha r-rebbieħa se tirrappreżenta lil Malta fl-14-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest.