Christian Mark Galea jirbaħ fl-Autocross

Nhar is-Sibt li għadda ttellgħu il-finali A u B u dik Autocross Standard  organizzati mill-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK).
Fl-Autocross Standard is-sewwieqa kienu Karl Scicluna fuq Peugeot 206, Johann Vella fuq Opel Nova, Melvin Buttigieg fuq Citroen AX, Traydon Bailey fuq Ford Ka u Ian Fenech fuq Citroen AX.
Hawnhekk kien Johann Vella li ħareġ rebbieħ segwit viċin minn Melvin Buttgieg u Karl Scicluna. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Traydon Bailey u Ian Fenech rispettivament.
Fil-Finali Klassi B rajna start line magħmul minn Matthew Borg fuq Vauxhall Nova, Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Karl Micallef, Ryan Scicluna u Christian Apap fuq Ford Fiesta u Joseph Micallef fuq Opel Corsa.
Il-finali spiċċat b’Joseph Micallef jirbaħ quddiem Matthew Borg u Jonathan Camilleri rispettivament. Fir-raba' post daħal Karl Micallef filwaqt li fil-ħames post spiċċa Ryan Scicluna.
Il-Finali Klassi A kienet ikkontestata minn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Patrick Cassar u Malcom Borg fuq Opel Corsa, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift, Jurgen Mallia fuq Honda Civic u Josef Grech fuq Ford Fiesta.
Ir-riżultat finali spiċċa bi Christian Mark Galea rebbieħ għal darb’oħra segwit 
minn Patrick Cassar u Malcolm Borg rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Ivan Birmingham filwaqt li Jurgen Mallia u Josef Grech irtiraw mit-tiġrija.