Christ Zahra l-ħaddiem li tilef ħajtu fil-Port il-Ħieles

Read in English.

Christ Zahra huwa l-ħaddiem li tilef ħajtu waqt li kien fuq xogħol fil-Port il-Ħieles ilbieraħ.

L-inċident ġara għall-ħabta tal-5pm, meta kontejner waqa’ fuq il-kabina tal-lifter li kien fiha l-ħaddiem u għalhekk il-ħidma ta’ salvataġġ ħadet ftit tal-ħin.

Il-vittma kellu 36 sena u kien joqgħod Ħal Safi.

Diversi nies esprimew il-ħasda u d-diqa tagħhom għal din l-aħbar b’messaġġi fuq Facebook. Iddeskrivewh bħala raġel ta’ qalb kbira u dejjem bi tbissima fuq xufftejh. Filwaqt li qalu li qed isibuha iebsa biex jemmnu din l-aħbar, huma talbu lil Christ iżomm idejh fuq familtu, billi għandu żewġt itfal żgħar.