Chris se jsib protezzjoni fil-ħabs?

Divisiion 7 ikompli llejla fuq l-istazzjon One fejn se naraw kif Chris jibda’ jduq il-ħajja xejn sabiħa li hemm ġewwa l-ħabs.

Kif se jirnexxielu joħroġ minn din is-sitwazzjoni? Reno vera se jtih il-protezzjoni li wegħdu?

Matthew se jsib mod kif ikompli jgħin lil Chris jipprova l-innoċenza tiegħu peress li mhux qiegħed jieħu ħsieb il-każ tiegħu?

Division 7, bi produzzjoni ta’ DBA Entertainment, jixxandar fid-9pm fuq l-istazzjon One.