​Chris Said b’diversi wegħdi dwar l-ekonomija

Il-kandidat għall-kap tal-Parit Nazzjonalista Chris Said għamel numru ta’ wegħdiet relatati mal-ekonomija Maltija li jwettaq jekk jiġi elett.
Said qal li l-politika ekonomika tal-PN għandha ddur mal-familja u jħoss li din għandha tkun il-punt li minnu tibda diskussjoni dwar il-futur tal-ekonomija.
Chris Said stqarr li jixtieq jibni ekonomija li tħalli lil kull individwu jilħaq il-potenzjal tiegħu, kemm lil min iħaddem kif ukoll lil min jaħdem. Spjega kif jixtieq liż-żgħażagħ imexxu l-ekonomija ‘l quddiem permezz tal-ideat innovattivi tagħhom.
Il-kandidat wiegħed ukoll li għalkemm servizz pubbliku mmexxi mill-PN ikun wieħed effiċjenti, mhux se jintefaq ċenteżmu aktar milli jkun hemm bżonn.
Said temm jgħid li Malta għandha bżonn viżjoni ekonomika ċara u sostenibbli li tiggarantixxi ħajja aħjar lil kulħadd.