Chris Fearne mhux se jkompli jara pazjenti

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne mhuwiex se jkompli jara pazjenti jew jipprattika l-professjoni tiegħu.
Wara allegazzjonijiet li d-Deputat Chris Fearne se jibqa’ jara pazjenti, stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru tiċħad dawn l-allegazzjonijiet u tispjega li ladarba aċċetta l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari mhux se jkompli jara pazjenti, la fi sptar pubbliku u l-anqas fil-privat.
L-istqarrija tispjega li Chris Fearne bħalissa għandu erba’ pazjenti tfal. Minħabba li l-pazjenti huma akuti u beda jarahom qabel sar jaf bil-ħatra, se jibqa’ jarahom fl-Isptar Mater Dei sa ma jingħalqu l-każijiet.
Fl-aħħarnett l-istqarrija tispjega li qed isiru preparamenti biex minflok Fearne jiġi konsulent ieħor.