Chris Fearne jiffirma ftehim mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

Is-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa, Chris Fearne, flimkien mad-Direttriċi Reġjonali Ewropea tal-GĦaqda Dinjija tas-Saħħa ffirmaw ftehim kollaborattiv dwar is-settur tas-saħħa f’Malta.
L-iffirmar tal-ftehim sar fl-Uffiċċji Reġjonali tal-WHO f’Copenhagen.
Il-ftehim se jippermetti lill-WHO biex tipprovdi għajnuna teknika u finanzjarja biex tiġi implimentati l-politika tal-Gvern Malti fis-settur tas-saħħa.
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa se tkun qed tgħin fis-servej dwar il-konsum tal-ikel f’Malta. Dan l-istess servej se jintuża biex il-Gvern jindirizza l-obeżita’ f’Malta.