Chris Cardona se jikkontesta għal Deputat Mexxej tal-PL

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona hu l-ewwel kandidat li wera interess li jikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, responsabbli mill-affarijiet tal-partit.
Dan wara li lbieraħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar ir-riżenja ta’ Konrad Mizzi minn Deputat Mexxej fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama Papers.
Jidher li l-Ministri Owen Bonnici u Edward Zammit Lewis għadhom jikkunsidraw jekk jikkontestawx għal din il-kariga.