Chris Cardona lura Ministru u Deputat Mexxej

Read in English.

Il-Prim Ministru ħabbar li wara l-aħħar żviluppi fil-Qorti, Chris Cardona kien qed jirritorna mil-lum bħala Ministru u Deputat Mexxej.

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista, il-Grupp Parlamentari qal li qed jagħti l-appoġġ id-unanimu tiegħu lill-Prim Ministru fid-deċiżjonijiet kollha li se jkun qed jieħu fil-jiem li ġejjin.

Il-Grupp Parlamentari qabel ukoll li l-ġimgha d-dieħla jsiru seduti Parlamentari li matulhom jigi diskuss il-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia wara li persuna tressqet formalment akkużata li kienet il-mandant tad-delitt.

L-istqarrija tgħid li d-diskussjoni fil-laqgħa kienet waħda ħielsa fejn il-membri kollha esprimew il-fehmiet tagħhom.

L-istqarrija ħarġet mill-Partit Laburista u mhux mill-Gvern.