Riċetta u ritratti: Rose Spiteri
Nota: Jinħadem rasu ’l isfel
Ingredjenti:
ċikkulata
bajda
lewż imfarrak
ħalib tal-bott
cranberries
peanut butter
gallettini digestive
nofs ċikkulata skura
nofs ċikkulata bajda
Metodu:
Iksi kontenitur bil-cling film u ferrex lewż imfarrak.
Ħoll ċikkulata bajda u żidha ma’ nofs bott ħalib magħqud u ftit cranberries. Ifrex fuq il-lewż.
Ħalliha għal ftit fil-friġġ u agħmel saff peanut butter. Erġa’ kessaħ għal ftit.
Ħoll cikkulata skura jew tal-ħalib u żid il-bqija tal-ħalib magħqud. Farrak ftit digestive biscuits ġo fiha u ifrex fuq il-peanut butter.
Għatti bil-cling film u ffriża.
Oħroġha ftit qabel ma sserviha.